Ġuvni ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqt minn karozza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għal ħabta tad-9:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq San Anard.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-ġuvni li joqgħod il-Fgura u li kien qed isuq e-kick scooter intlaqat minn karozza tal-għamla Fiat Seicento li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena miż-Żejtun.
Il-ġuvni ngħata l-ewwel għajnuna f’ċentru tas-saħħa, fejn wara ttieħed l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.