Ġuvni sofra ġrieħi serji u tfajla sofriet ġrieħi gravi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
Fl-10:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq iż-Zagħfran, kien hemm ħabta bejn vettura Peugeot misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena min-Naxxar u mutur tat-tip Honda.
Il-mutur kien qed jinstaq minn ġuvni ta’ 22 sena minn Tal-Pieta, u miegħu kien hemm tfajla ta’ 26 sena minn Birżebbuġia. Żewġt’ambulanzi ħadu lis-sewwieq tal-mutur u lit-tfalja l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija qed tinvestiga.