Ġuvni ta’ 19-il sena mill-Mosta ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li l-mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed isuq ħabat ma’ vettura tat-tip Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Ħad-Dingli.
L-inċident seħħ għal ħabta tad-8:40 a.m. fi Triq il-Merill, Ħad-Dingli.
Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.