Il-Ġuvni ta’ 27 sena li l-bieraħ iddaħħal l-isptar Mater Dei qiegħed fit-taqsima tal-kura intensiva wara li dan intlaqat minn vettura fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun għall-ħabta ta’ nofs il-lejl.
Minn investigazzjonijiet preliminari mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li ġuvni ta’ 27 sena, residenti l-Ħamrun kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament intlaqat minn vettura tal-għamla Hyundai Getz misjuqa, mis-sieħba tiegħu ta’ 20 sena residenti l-Ħamrun.
Huwa ittieħed il-Poliklinika tal-Furjana fejn min hemm ittieħed permezz t’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.