Ġuvni ta’ 27 sena, li jirrisjedi ġewwa Santa Luċija, tilef il-kontrol tal-vettura tiegħu Honda Civic u daħal ġo arblu tad-dawl, fi Triq Diċembru 13, l-Marsa.
Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu lill-ġuvni l-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.