Ġuvni ta’ 26 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’San Ġwann.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu fi Triq Mensija, San Ġwann.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Isuzu misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann u mutur tat-tip Triumph misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti San Ġwann ukoll. B’kawża ta’ dan l-inċident, sofriet xi ħsarat vettura oħra tat-tip Citroen C1 li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 26 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.