Żagħżugħ ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat rasu ma’ dgħajsa wara li qabeż biex jgħum f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan meta ż-żagħżugħ Franċiż pprova jaqbeż minn fuq id-dgħajsa li kien fuqha bil-konsegwenza li ħabat rasu mad-dgħajsa.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat minn ġrieħi serji tant li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan il-każ inferħet inkjesta Maġisterjali.