Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar.
Ġuvni Pollakk ta’ 21 sena residenti San Ġwann tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq tat-tip Citroen Xsara u baqa’ dieħel ġo residenza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom ghaddejjin.