Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa iktar kmieni llum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa, meta għal xi raġuni, is-sewwieq tal-mutur li għandu 23 sena u jgħix il-Mosta, tilef il-kontroll tal-mutur, bil-konsegwenza li waqa’.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.