Ġuvni ta’ 21 sena ndarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 41 sena, residenti Marsaskala u mutur Yamaha 125 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 21 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.