Ġuvni ta’ 21 sena mir-Rabat ħelisha ħafif wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Foss tal-Imdina
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar.Xhieda fuq il-post qalu li l-ġuvni kien qiegħed ma’ qrabatu meta għal xi raġuni xxabbat u waqa’ għal isfel.
Tim mediku flimkien mal-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex tellgħu lill-ġuvni mill-foss.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil ġuvni l-isptar fejn fortunatament hu ġie ċċertifikat li ma sofra ebda ġrieħi.