Fis-sigħat li ġejjin il-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti ż-żagħżugħ ta’ 20 sena li sbieħ il-Ġimgħa filgħodu tajjar tmien persuni f’Tas Sliema bil-konsegwenza li wieħed minnhom miet.
Iż-żagħżugħ, li bħalissa jinsab fuq police bail, mistenni jitressaq b’diversi akkużi fost oħrajn ta’ qtil involontarju u sewqan perikoluż.
Dan wara li l-investigazzjonijiet b rabta ma’ dan il-każ waslu fi tmiemhom u ġie ddeterminat li ż-żagħżugħ allegatament kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol u li kien jeċċedi dak permess bil-liġi u li kien qed isuq b’veloċità eċċessiva ta’ aktar minn 80km/hr.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Għassa ta’ San Ġiljan.