Ġuvni ta’ 20 sena, residenti l-Gżira, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel fi crash barrier fi Triq il-Kosta. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li s-sewwieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u tkaxkar għal diversi metri. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.45 fi Triq il-Kosta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.