Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs weġġa’ persuna fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.
Ġuvni ta’ 19-il sena, residenti Santa Venera, kien sofra ġrieħi f’idejh ma’ magna, waqt li kien qed jaħdem ġewwa fabbrika.
Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.