Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:00 ta’ filgħaxija fi Vjal Għajn Rihana meta mutur tal-għamla Yamaha Crypton misjuq minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mosta kellu impatt ma’ vettura tat-tip Volkswagen misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti l-Imġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.