Somalu ta’ 19-il sena li jgħix Marsascala intlaqat b’arma li taqta’ u bil-ponta wara li kien involut f’argument. Iż-żagħżugħ sofra ġrieħi gravi, fl-inċident li seħħ fl-għaxra neqsin kwart ilbieraħ filgħaxija.
Il-Pulizija qalet li għadha mhix magħrufa l-identità tal-persuna l-oħra involuta fil-ġlieda. Is-Somalu midrub ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura, u l-Pulizija qed tinvestiga.