Jean Claude Cassar ta’ 19-il sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li waqt road block, inqabad bid-droga lesta biex tinbiegħ. Il-ġuvni tressaq il-Qorti wara li m’obdiex il-kundizzjonijiet imposti fuqu bil-pleġġ li ingħata f’Ottubru li għadda u ma marx l-għassa tal-pulizija ta’ Bormla għal aktar investigazzjoni f’Novembru li għadda.
Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess tal-kokaina u l-eroina f’ċirkustanzi li indikaw li dawn ma kienux għall-użu personali tagħhom.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300, garanzija personali ta’ €5,000, u ġie ordnat imur jiffirma l-għassa tal-pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa u li joqgħod ġewwa bejn it-20:00 ta’ filgħaxija u s-07:00 ta’ filgħodu.