Żagħzugħ ta’ dsatax-il sena ametta li seraq mutur minn Kerċem Għawdex.
Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex, arrestat lil ġuvni residenti Santa Venera.
Il-każ ġara fl-għoxrin ta’ Ġunju meta l-ġuvni seraq mutur tal-għamla Honda minn Triq Qasam San Ġorġ, Kerċem, Għawdex.
Mill-istħarriġ li għamlu l-Pulizija, il-ġuvni ġie identifikat bħala l-allegat ħalliel u ġie arrestat.
Huwa tressaq il-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri.
Għall-akkuzat dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.