Ġuvni ta’ 19-il sena ndarab gravi wara li għal xi raġuni ħabat bil-karozza f’arblu tad-dawl u f’ċint fl-Imdina.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-19:00 fi Triq l-Infetti, l-Imdina.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preli minari illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip BMW, u baqa’ dieħel ġo arblu tad-daw l u ċint.
Fuq il-post issejħet ambulanz a li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f uq dan l-inċident għadhom għaddejjin.