Ġuvni ta’ dsatax-il sena mill-Gambja qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ f’Ħ’Attard.Fis-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar, fiż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard, il-vittma safa ferut wara li waqa’ xi rħam fuqu.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew lill-vittma u ambulanza ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.