Ġuvni 19-il sena minn Birkirkara qiegħed jinżamm mill-Pulizija wara li nstab fil-pussess ta’ droga waqt li kien fil-Belt.
Huwa ġie arrestat lbieraħ fi 8:00 ta’ filgħaxija fi Triq Nofsinhar meta l-Pulizija tad-Distrett, waqt li kienu qed jagħmlu ronda raw karozza tal-għamla Volkswagen Polo u nnutaw li ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà. Minn hemm qam suspett li jista’ jkun hemm xi affarijiet kontra pussess ta’ sustanza droga kannabis.
It-tfittxija kompliet fir-residenza fejn jgħix f’Birkirkara fejn insabu oġġetti oħra relatati mal-użu tad-droga.
Huwa qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar staħrriġ.
L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.