Ġuvni ta’ 18-il sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn sabu li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi tat-tip Ford Escort misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena, residenti Ħal Qormi, BM W 320D misjuqa minn mara ta’ 46 sena, residenti l-Imsida, u Daihatsu Sirion misjuqa minn raġel t a’ 44 sena li joqgħod Ħal Tarxien.
Minn investigazzjonijiet prelimin ari li għamlet il-Pulizija, jidher li s-sewwieq ta’ 1 8-il sena kien qiegħed isuq fid-direzzjoni lejn Ħ aż-Żebbuġ meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u mar fil-karreġġjata opposta, bil-konseg wenza li kellu impatt maż-żewġ vetturi l-oħra li kienu sejrin lejn ir-Rabat.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena u l-mara ta’ 46 sena sofrew xi ġrieħi u għaldaqstant, fuq il-post issejħet ambulanza li ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-ġuvni ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara għandha ġrieħi ħfief. Ir-raġel ta’ 44 sena ma sofra l- ebda ġrieħi.
L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadu għaddej.