Ġuvni ta’ 18-il sena li joqgħod ir-Rabat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fit-trakka ta’ Ta’ Qali.
Huwa kien assistit minnufih minn tim mediku li kien preżenti fil-post u ttieħed l-isptar għall-aktar assistenza permezz t’ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.