Ilbieraħ għall-ħabta tad- 21.00pm, ittajjret persuna fi Triq l-erba’ mwieżeb, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena, residenti San Pawl il-Baħar kien intlaqat minn taxi tal-għamla BMW, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena, residenti ż-Żurrieq.
Il-ġuvni ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika u iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Qawra għadhom għaddejjin.