Ġuvni ta’ 17-il sena miet wara li daħħal splussivi f’uffiċċju tas-sigurtà fir-Russja, fejn weġġgħu ukoll tliet impjegati meta ħadu l-isplussivi.
Dan apparti l-ħsara estensiva li ġarrbet il-binja tas-Servizz Federali tas-Sigurtà fil-belt Russa ta’ Arkhangelsk.
Il-Kumitat Russu ta’ kontra t-terroriżmu qal li minn stħarriġ li sar s’issa, jidher li l-aggressur, li jgħix fil-viċinanzi, daħal fil-binja, u minnufih ħareġ oġġett mhux familjari mill-basket li kien qed iġorr. Din splodiet f’idejh minnufih.
Dan qed ikun deskritt bħala attakk terroristiku mill-awtoritajiet Russi, li issa qed isaħħu s-servizzi tas-sigurta f’binjiet pubbliċi fl-inħawi.