Sirjan ta’ 16-il sena, indarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum ġo garaxx.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, fi Triq San Martin, iż-Żurrieq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.