Żagħżugħ ta’ 16-il sena ndarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq bejt ta’ dar li tinsab fi Triq il-Kampanella, fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 tal-bieraħ filgħaxija.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex il-vittma jinħareġ mid-dar, u tim mediku, li aktar tard ħa lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.