Nor Al Den Gohar ta’ 15-il sena li kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija, irritorna d-dar iktar kmieni dalgħodu. Il-Pulizija wettqet tfittxija ta’ ftit iktar minn jumejn għall-ġuvni.
Iktar kmieni il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar il-ġuvni, jgħaddiha fil-Kwartieri Ġenerali mill-iktar fis.
Huwa deher l-aħħar il-Ħadd li għadda f’residenza f’San Ġwann, u kien liebes flokk u karkur aħdar, qalziet iswed bi ftit abjad u kellu wkoll miegħu skateboard bil-kuluri blu u isfar u b’disinn ta’ iljun.