Hanibal Mohamed Al Mabrouk ta’ 25 sena ġie rrapportat nieqes wara li deher l-aħħar erbat ijiem ilu, nhar l-4 ta’ Novembru, 2017, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, f’Bormla.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali, billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 119 jew 21 224001 jew billi jmur fi kwalunkwe` Għassa tal-Pulizija