Gianluca Escobar, ta’ 29 sena, kien irrapprtat nieqes lill-Pulizija nhar il-05 ta’ Marzu 2018.
Gianluca, li għandu għajnejh kannella u xagħru qasir iswed, deher l-aħħar fl- 04 ta’ Marzu 2018, fl-inħawi ta’ tas-Sliema. Jista’ jkun li jinsab ukoll fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.