Ġunvi ta’ 21 sena mill-Ħamrun indarab gravi wara li kien involut f’ħabta li seħħ il-Ħadd waranofsinhar f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far meta żagħżugħ li kien qed isuq karozza tal-għamla VW Gold kien involut f’ħabta ma’ vettura tat-tip Opel Astra misjuqa minn żagħħugħ ta’ 21 sena minn Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Ħamruniż l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Żewġ vetturi li kienu pparkjati, intlaqtu fl-istess inċident u ġarrbu xi ħsarat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.