Anzjan ta’ 70 sena ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ta’ Qali.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu qrib il-Pitkalija f’Ta’ Qali.
L-inċident seħħ meta vettura tat-tip Ciroen Berlingo misjuqa minn anzjan ta’ 70 sena residenti l-Gharghur kellha impatt ‘head-on’ ma’ vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-anzjan l-isptar Mater Dei. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.