Ġuvni ta’ 21 sena akkużat li hedded u fera lil missieru b’sikkina mingħajr l-intenzjoni li joqtlu kien meħlus mill-arrest.
Il-bieraħ għal ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija l-akkużat kellu argument ma’ missieru.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Minħabba li kien diġa segwit minn uffiċjal tal-probation l-qorti orndant li jsir rapport dwar il-każ mill-uffiċjal.
Il-qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija ta’ €2,000 u bil-kundizzjoni li jiffirma kull nhar ta’ Tnejn u Sibt fl-għassa u li ma jersaqx lejn id-dar u ma jagħmilx kuntatt ma’ missieru bl-ebda mod.