Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ karozza tal-linja f’Ħal Lija.L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sebgħa u kwart fi Triq Vjal it-Transfigurazzjoni, Ħal Lija.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tal-linja li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena, residenti l-Ħamrun u karozza tal-għamla Land Rover Defender misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Ħal Kirkop. Fil-Land Rover kien hemm ukoll passiġġier raġel ta’ 31 sena mis-Senegal li jirrissjedi Ħal Kirkop
Kawża ta’ dan l-inċident, l-irġiel li kienu fil-Land Rover sofrew xi ġrieħi u għaldaqstant kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ta’ 25 sena ġie ċċertifikat li ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li dak ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.