Ġuvni ta’ 18-il sena minn Santa Venera ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien passiġġier fuq mutur li skidja fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi.L-inċident seħħ għall-ħabta tat-07:55 dalgħodu meta għal xi raġuni, sewwieq ta’ mutur ta’ 23 sena miż-Żejtun tilef il-kontroll tal-mutur u skidja.
Is-sewwieq ma ġarrab ebda ġrieħi filwaqt li l-passiġġiet ittieħed l-Isptar għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.