Ġuvni ta’ 18-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-05:40 fi Triq Alfredo Cachia Zammit, meta vettura tat-tip BMW misjuqa mill-ġuvni ħabtet ma’ vettura tat-tip Opel Astra, misjuqa minn mara ta’ 55 sena residenti l-Fgura. Din tal-aħħar irrifjutat l-għajnuna medika.
Intant, il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhux magħrufa.