Indjan ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara li waqgħa minn għoli ta’ madwar tliet sulari mill-gallarija tar-residenza tiegħu, u ġie f’xaft.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hu kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.