Ġuvni ta’ 15-il sena li jgħix Wied il-Għajn weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni, kien passiġġier f’karozza minn żagħżugħ ta’ 24 sena kellha impatt ma’ karozza oħra, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena li jgħix Wied il-Għajn.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ħa lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.