Ġuvni ta’ 18-il sena u residenti Birżubbuġa, għal xi s-2:00 am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Labour, iż-Żejtun.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco, tilef il-kontroll u ħabat f’Ford Transit li kien ipparkjat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.