Ġuvi ta’ 22 sena mill-Montenegri jgħix ż-Żebbuġ, Għawdex ngħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex Ilbieraħ, 25 ta’ Lulju, 2019, ġie mressaq l-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini.
Huwa ġie akkużat li fl-24 ta’ Lulju, 2019, fil-bajja ta’ Santa Marija, Kemmuna, mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddiehor f’periklu, ikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq il-persuna ta’ raġel ta’ 45 sena. Huwa ġie akkużat ukoll talli volontarjament kiser il-bon-ordni u/jew il-kwiet tal-pubbliku.
L-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.