Ġuvni ta’ 19-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular bil-vettura tiegħu u spiċċa f’wied. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am f’Wied tar-Ramla, Xagħra Għawdex.
Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li waqt li ġuvni ta’ 19-il sena kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu tat-tip Suzuki Samurai fi Triq l-Għejun, Xagħra, għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’ madwar sular u spiċċa ġol-wied. F
uq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma.
Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.