Pulizija safa attakkat ilbierah filgħaxija fl-għassa ta’ Bormla minn ġuvni li għandu diversi kazijiet li attakka Pulizija drabi oħra.
Ġara li l-ġuvni li ismu għadu ma xxandarx kien qed isuq mingħajr seatbelt b’veloċità fil-Birgu u ġie mwaqqaf minn żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta. Iż-żagħżugħ offendihom u ħarab minn fuq il-post.
L-uffiċjali rapportaw fl-għassa ta’ Bormla u malli bagħtu għalih il-Pulizija ħebb għalihom, besqilhom u beda jheddidhom li joqtolhom kollha.
Huma arrestawh u ftit wara saħansitra niżel missieru l-għassa u kompla jaqla’ pandemonju. Intervjenaw anki membri mis-sezzjoni tal-RIU.
Dan saħqu l-Ispettur Sandro Camilleri f’isem il-POU-GWU fuq il-mezzi tal-midja soċjali.
Il-ġuvni tressaq b’arrest il-Qorti dalgħodu stess u ma ingħatax il-libertà proviżorja.