Illum għall-ħabta tat-tlieta neqsien għaxra ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Ġuvni ta’ 28 sena, li jirrisjedi l-Isla kien għaddejj fuq ir-rota,meta ġie milqut minn vann Tata misjuq min ġuvni ta’ 27 sena, li jirrisjedi l-Isla.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-ġuvni ta’ 28 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.