Ġuvni ta’ 21 sena, residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbierah għall-ħabta tas-19:15 fi Triq F.M.Ferretti, Birżebbuga.
Ir-raġel kien passiġier fuq mutur tat-tip Peugeot Xrace li kien misjuq minn ġuvni ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni dan kellu mpatt ma` vettura Renault Megane misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena residenti Ħal Għaxaq. Kawża ta l-impatt il-mutur skiddja u baqa dieħel ġo vettura oħra Hyundai Excel li kienet tinsab ipparkjata fl-imsemmija triq.
Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġier tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei. Aktar tard ix-xufier ġie ċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birżebbuga għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.