Iktar ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, Illum f’San Pawl il-baħar, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 25 sena, residenti San Pawl il-baħar stess, wara li fil-pussess tiegħu instabu sustanzi illeċiti.
Waqt tfittxija li saret, fil-pussess tar-raġel, il-Pulizija sabet madwar żewġ (2) kilos pjanta kannabis, ftit inqas minn kilo (1) raża tal-pjanta kannabis u madwar mitt (100) pakkett b’sustanza maħsuba MDMA lesta sabiex tinbiegħ.
Waqt din it-tfittxija nstabu wkoll madwar 6000 ewro fi flus kontanti. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Mercieca LL.D, ġie infurmat dwar din is-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-ġuvni mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada.