Bil-ktieb tar-regoli tal-Parlament f’idejh u jħares lejh għal kull kelma li jlissen il-Kap tal-Oppożizzjoni qam fil-Parlament biex jitlob li d-diskussjoni tkun posposta.
Dan għax b’mod urġenti qal li jrid jiddiskuti l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li fil-Parlament kien diġa’ diskuss u saħansitra dwar hemm tliet persuni mressqa l-Qorti.
Id-Deputat Chris Fearne wieġeb billi qal li l-ewwel ħaġa li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni li lissen il-kelma “ilbieraħ” u lbieraħ kien mistieden jikkwota l-istanding orders iżda m’għamilx dan.
U għalhekk it-talba li kien qed jagħmel Delia ma kinetx treġi. L-oppożizzjoni, spjega Fearne, issa tista’ tressaq mozzjoni u tkun diskussa fil-ġurnata għall-oppożizzjoni.