Wara sentejn nuqqas minħabba l-pandemija, ġiet imtella’ mill-ġdid l-openday mill-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Far.
Fost id-diversi attivitajiet, kien hemm diversi wirjiet u stands b’informazzjoni. It-tfal li attendew setgħu jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom dik tal-abseiling u setgħu jaraw u jidħlu fl-inġenji ta’ trasport li jintużaw mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
One News żar din l-attivita ġewwa Ħal Far fejn hemm assista għall-ispjegazzjonijiet mill-membri tal-AFM lil dawk kollha li kienu preżenti għal l-attivita.
Tkellimna wkoll mal-Logutenent Kayleigh Gelfo, li spjegat x’kienet tinvolvi din l-attivita’
‘Kienet ġurnata milqugħa minn ħafna nies, kemm ta’ età kbira u kemm ta’ età żgħira. Kellna diversi attivitajiet li kemm mill-kbar u kemm miż-żgħar setgħu jieħdu sehem. Kellna abseiling, kellna roping u anke jumping castles għat-tfal. Kien hawn min kellu l-opportunità li jispara l-paintball.’
Gelfo spjegat ukoll li l-Forzi Armati ta’ Malta ser tkun qegħda torganizza aktar attivitajiet.
‘Bħalissa l-attività li jmiss, hija 10 week programme li se jibda propju nhar il-Erbgħa li ġej Dan huwa miftuħ għal kulħadd bejn is-17 u 30 sena. Se jkun programm maqsum f’għaxar ġimgħat fejn kull ġimgħa se jsir training differenti biex int dejjem tipprogressa u tavvanza fil-fitness tiegħek.’
Għal aktar informazzjoni fuq l-attivitajiet li jorganizzaw il-Forzi Armati ta’ Malta, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook jew fuq is-sit uffiċjali.