Hija ġurnata speċjali għall-ommijiet kollha iżda tajjeb li nfakkru li l-istint tal-maternità tinsab f’kull mara. Hekk stqarret il-Ministru Helena Dalli fi żjara li għamlet fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun flimkien mal-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Sojċali Michael Farrugia fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.
Matul din iż-żjara tqassmu diversi rigali lin-nisa li jgħixu f’din ir-residenza.