Kien il-25 ta’ Ottubru tal-1947 meta twieldet il-kantanta Mary Spiteri. Maħbuba minn bosta, illum Mary qed tiċċelebra għeluq l-74 sena tagħha.

Mary Spiteri tibqa’ magħrufa għas-suċċess tagħha fil-Eurovision Song Contest, hekk kif lura fl-1992 kienet ikklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ‘Little Child’, kanzunetta li għadha popolari sal-lum. Permezz ta’ din il-kanzunetta, Mary għadha żżomm b’rekord l-itwal nota qatt kantata f’kanzunetta fil-Eurovision Song Contest, nota ta’ 13-il sekonda.
F’isem ħafna ammiraturi tagħha, llum nawguraw lil Mary Spiteri f’jum għeluq sninha, filwaqt li nġeddu l-memorji tal-prestazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest tal-1992.