Fis-7 ta’ Lulju se tkun ġurnata speċjali għall-Ġużeppini ta’ Ħal Kirkop. Dan hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa se jkunu qed jiċċelebraw il-Festa ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja.
Wara sentejn ta’ ħidma mis-Sezzjoni Żgħażagħ Ġużeppini b’koordinazzjoni bejn diversi artisti lokali, proprju nhar il-Ġimgħa ser jiġi mżanżan proġett artistiku mill-isbaħ.
Dan il-proġett jikkonsisti fi grupp statwarju li jirrappreżenta l-ħarba lejn l-Eġittu maħdum mill-istatwarju Pawlu Aquilinam fuq pedestal komplut bl-iskultura fuq disinn tal-artist Jeremy Cachia.
Artisti oħra involuti f’dan il-proġett hemm George Portelli, Joseph Mizzi, Shawn Saliba, Joseph Saliba u Darren Darmanin.
L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett se jsir il-Ġimgħa waqt il-marċ brijjuż mill-Banda Santa Katarina V.M. taż0-Żurrieq fid-9:00 ta’ filgħaxija.